Wednesday, October 9, 2024

Mykhailo Mudryk segwit minn Barcelona

Aqra wkoll

Barcelona qed iżommu għajnejhom miftuħa fuq l-attakkant internazzjoanli Ukren Mykhailo Mudryk. Dan tal-aħħar qed jiġi litteralment skartat minn Chelsea fejn ftit qed jilgħab b’postu jieħduh Pedro Neto jew Jadon Sancho.

Il-kowċ Enzo Maresca ma tantx jinsab motivat li jdaħħlu jilgħab fl-ewwel ħdax, xi ħaġa li l-plejer Ukren m’apprezzax.

Min-naħa tagħhom, il-Katalani jridu objettiv ieħor ġaladarba Nico Williams irrifjuta li jingħaqad magħhom.

Mudryk ilu ma’ Chelsea sa minn Jannar 2023.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport