Friday, November 15, 2024

Carlos Alcaraz isir l-iżgħar player li jikklassifika fl-ewwel ħamsa tal-ATP minn Nadal fl-2005

Aqra wkoll

Iż-żagħżugħ Spanjol, Carlos Alcaraz, se jsir l-iżgħar player fl-ewwel ħames klassifiki tal-ATP minn Rafael Nadal fl-2005 wara li wasal sal-finali tal-Hamburg Open.

Alcaraz, 19-il sena, għeleb lis-Slovakk, Alex Molcan, 7-6 (7-2) 6-1 u l-Ħadd iltaqa’ kontra t-Taljan, Lorenzo Musetti, għat-titlu, b’dan joħroġ rebbieħ 6-4 6-7 (6-8) 6-4.

Iċ-champion tal-Miami Open u Madrid Open rebaħ il-ħames finali tat-Tour preċedenti tiegħu.

Alcaraz huwa ammiratur kbir ta’ Nadal, għelbu f’Madrid u tħarreġ ukoll maċ-champion 22 darba tal-Grand Slam.

Huwa qabeż lin-Norveġiż Casper Ruud meta l-bieraħ ħarġu l-klassifiki aġġornati.

Musetti, 20 sena, wasal għall-ewwel finali tat-Tour b’rebħa ta’ 6-3 7-6 (7-3) fuq l-Arġentin, Francisco Cerundolo.

In-numru 62 fid-dinja qal li kien sorpriż bil-forma li qaltlu laqgħa mal-aqwa seed f’Hamburg, wara l-ħruġ tiegħu mill-ewwel round tas-Swiss Open.

“Ma lgħabtx l-aqwa tennis tiegħi l- ġimgħa li għaddiet,” qal Musetti. “Ma stennej

Ekonomija

Sport