Brighton and Hove Albion qed jippruvaw isibu plejer ieħor f’nofs il-grawnd li se jkun qed jieħu post Moises Caicedo li ngħaqad ma’ Chelsea.
Id-diriġenti tas-Sea Gulls qed isegwu l-progress tal-midfielder ta’ Lille Carlos Baleba. Dan tal-aħħar għad għandu 19-il sena u kien qed jilgħab regolari fil-Ligue 1 Franċiża. Ma’ Lille hu lagħab 20 logħba matul l-istaġun li għadda.
Brighton qed joffru s-somma ta’ €20 miljun għalkemm Lille qed jitolbu €30 miljun. Iż-żewġ partijiet minkejja kollox għandhom jaslu għall-ftehim rigward dan il-plejer.