Monday, May 13, 2024

Sevilla jridu jakkwistw lil Hirving Lozano

Aqra wkoll

Sevilla għandhom l-intenzjoni li jsaħħu l-attakk tagħhom u tefgħu ħarsithom fuq l-attakkant Messikan ta’ Napoli Hirving Lozano. Dan tal-aħħar qed jiġi meqjus bħala prijorita’ ewlenija fit-tim Spanjol minħabba li jixraq ħafna mal-metodu tattiku tal-kowċ Jose Luis Mendilibar. 

Barra minn hekk, it-tim min-naħa t’isfel ta’ Spanja qed iħarsu wkoll lejn il-profil ta’ Dodi Lukebakio, attakkant ta’ Hertha Berlin.

Wieħed minn dawn iż-żewġ attakkanti probabbilment se jilgħab f’Estadio Ramon Pizjuan matul l-istaġun li ġej.

Sport