Sunday, December 22, 2024

Carmen Ciantar issostni li l-verità u l-integrità tagħha rebħu 

Tidħol lura fil-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Carmen Ciantar ħabbret li se tidħol lura fil-kariga tagħha ta’ Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.  

Fi stqarrija maħruġa t-Tnejn filgħodu, Ciantar qalet li, il-verità u l-integrità tagħha rebħu fuq kampanja kbira ta’ gideb kontriha.

Ciantar kienet issospendiet lilha nnifisha mill-impjieg tagħha wara li xahrejn ilu ġurnal Pakistani allega li hi kienet il-benefiċjarja ta’ tixħim kbir minn nies f’Vitals Healthcare, fi żmien meta l-kumpanija kienet qed tinnegozja l-ftehim tal-isptarijiet mal-gvern.

The Daily Pakistan kien sostna li kumpanija marbuta ma’ Sri Ram Tumuluri – il-Kap Eżekuttiv ta’ Causis Group ibbażat fir-Renju Unit u direttur tal-VGH, għamel trasferimenti ta’ flus mhux dikjarati lil Ciantar marbut mal-ftehim tal-2015 tal-isptarijiet. Ir-rapport qal li Ciantar irċeviet total ta’ €443,500 mill-kont ta’ Gozo International Medicare Ltd f’kont f’bank barra mill-pajjiż.

Ciantar sostniet li malli ħarġu dawn l-allegazzjonijiet gravi, hi minnufih issospendiet lilha nnifisha mill-kariga biex tkun tista’ tiddefendi l-integrità tagħha, tal-Ministeru għas-Saħħa u tal-Gvern kollu kemm hu filwaqt li dejjem saħqet li b’din id-deċiżjoni qatt ma aċċettat xi forma ta’ ħtija għal dawn l-istess allegazzjonijiet

Ekonomija

Sport