Monday, September 23, 2024

Carney Chukwuemeka se jitlaq lil Chelsea

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Chelsea Enzo Maresca għadu qed jappella lid-diriġenti tiegħu sabiex ineħħu xi elementi fl-iskwadra li jidhru xi ftit żejda aktar u aktar meta mhux fil-pjanijiet tiegħu għall-istaġun li għadu kemm beda.

Wieħed minn dawn il-plejers hu l-winger Ingliż Carney Chukwuemeka li mhux qed jiġi kkunsidrat minn Maresca u għalhekk awtomatikament qed jgħidulu biex isib destinazzjoni ġdida.

Chukwuemeka għandu 20 sena u wara perjodu ma’ Aston Villa, ingħaqad ma’ Chelsea fl-2022 fejn lagħab 23 partita u skorja gowl wieħed biss.

Sport