Il-midfielder ta’ Manchester United, Casemiro, ingħata sospensjoni ta’ erba’ logħbiet wara li ntwera karta ħamra diretta fid-draw ta’ mingħajr goals kontra Southampton liema partita ntlagħbet f’Old Trafford, nhar il-Ħadd li għadda.
Oriġinarjament, il-Brażiljan intwera karta safra mir-referee Anthony Taylor għal daħla kerha fuq il-midfielder ta’ Southampton Carlos Alcaraz, iżda din ġiet mibdula f’waħda ħamra wara intervent tal-VAR.
Il-player ta’ 31 sena kien viżibilment emozzjonat fi triqtu lejn id-dressing room biex ir-Red Devils lagħbu bi player inqas għal siegħa sħiħa.
Issa huwa se jitlef l-erba’ partiti li jmiss minħabba li hija t-tieni karta ħamra tiegħu tal-istaġun, wara li tkeċċa kontra Crystal Palace aktar kmieni f’dan l-istaġun.
Il-partiti li se jitlef huma:
Fulham (h) – 19 ta’ Marzu, FA Cup
Newcastle (a) – 2 ta’ April, Premier League
Brentford (h) – 5 ta’ April, Premier League
Everton (h) – 8 ta’ April, Premier League