Saturday, May 18, 2024

Castello Lukeba fir-radar ta’ Napoli

Aqra wkoll

Napoli għadhom qed ifittxu s-sostitut tad-difensur Kim li ħalla lil Partenopei sabiex ingħaqad ma’ Bayern Munich.

L-għażla tidher li waqgħet fuq Castello Junior Lukeba, difensur ta’ 20 sena li jilgħab fi Franza ma’ Lyon. Minkejja li għadu żgħir, Lukeba lagħab b’mod regolari fiż-żewġ staġuni fil-Ligue 1 fejn skorja erba’ gowls fi 58 partita.

Il-kowċ Rudi Garcia jixtieq ħafna lil dan il-plejer anke għax rah fl-azzjoni kemm-il darba fil-Ligue 1 Franċiża.

Sport