Tuesday, December 24, 2024

CDC: “M’hemmx bżonn test negattiv biex tintemm l-kwarantina wara ħamest ijiem”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Amerkani infettati bil-Covid-19 li jridu jtemmu l-perjodu ta’ iżolament tagħhom wara ħamest ijem mhux se jkunu mitlubin test negattiv tal-virus.

Iċ-Ċentru għall-Kontroll tal-Mard (CDC) ħabbar dan fost linji gwida għall-Amerikani li jirriżultaw pożittivi u jiġu biex itemmu l-perjodu ta’ iżolament ladarba ma jkollhomx sintomi.

Filwaqt li l-aġenzija waqqfet il-ħtieġa li jiġi ppreżentat test negattiv, irrikonoxxiet il-fatt li l-aħjar mod ta’ kif persuna toħroġ mill-iżolament wara li tkun irriżultat pożittiva huwa li tagħmel PCR test qabel ittemm ħesrem dan il-perjodu.

Intant is-CDC telabora li dan it-test għandu jinġabar lejn l-aħħar tal-ħamest ijiem f’każ biss li l-persuna ma jkollhiex irjiħat sa mill-anqas 24 siegħa mit-tmiem ta’ teħid ta’ mediċini kontra l-istess sintomi.

Is-CDC rċeviet kritika għal dawn is-suġġerimenti minn esperti li saħqu dwar il-bżonn ta’ test negattiv qabel persuna toħroġ mill-iżolament, iżda l-aġenzija żammet soda dwar il-linji gwida maħruġin minnha u qalet li dan it-test mhux se jibqa’ meħtieġ biex tintemm il-kwarantina jekk il-persuna ma jkollhiex riħ jew sintomi oħrajn.

Barra minn hekk dawk li jagħmlu dan it-test u jirriżultaw pożittivi mill-ġdid, għandhom ikomplu l-kwarantina sal-10 jum. Dawk li minħabba xi raġuni partikolari jagħżlu li ma jagħmlux it-test qabel joħorġu għandhom jagħmlu l-istess u jibqgħu ġewwa sal-10 jum.

Fuq livell nazzjonali dawn it-testijiet spiċċaw skarsi f’numru ta’ spiżeriji u stabbilimenti u dan wassal biex ħafna Amerikani fl-aħħar jiem kellhom jqattgħu sigħat twal ta’ stennija fi kjuwijiet għal dan it-test.

Il-medja ta’ każi ġodda fl-aħħar sebat ijiem fl-Amerika tqarreb il-500,000 każ kuljum.

Ekonomija

Sport