Friday, December 13, 2024

Ċelebrazzjoni ta’ kull xorta ta’ motorsport fi tmiem il-ġimgħa

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-Sibt u l-Ħadd 9 u 10 ta’ April, fil-Korsa ta’ La Reve f’Ħal Far, se jittella’ t-tieni round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting. Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting huwa organizzat minn Island Karting Club, Karting Club Malta u l-Malta Motorsport Federation.

Fl-istess jiem, fil-korsa tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, se jkun hemm tip ta’ avveniment differenti minn tas-soltu, issa avveniment li sab postu fil-kalendarju tal-motorsport. L-ASMK 4X4 Endurance, Kull tip ta’ vettura offroad ser jipparteċipaw fit-tiġrijiet ta’ tip Endurance, fil-ġurnata tas-Sibt matul il-lejl u l-Ħadd. Dan l-avveniment huwa għall-karità.

Nhar il-Ħadd 10 ta’ April, Island Car Club, wara għaxart ijiem biss mill-ewwel rawnd, ser jorganizza t-2 Round ta’ The Point – MeDirect – England Insurance – Transport Malta, Kampjonat Nazzjonali tal- Hillclimb fil-limiti tal-Bajja tal-Ġnejna tal-Imġarr.

L-avvenimenti kollha huma miftuħa għall-pubbliku ġenerali, id-dilettanti tal-isport tal-muturi, u kollha joffru divertiment għall-familja kollha.

Ekonomija

Sport