Saturday, May 4, 2024

Vann li saq fuq binarji tal-ferrovjarji kkawża inċident fatali fl-Ungerija

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minkejja li kien hemm sinjal ta’ waqfien, fl-Ungerija seħħ inċident bejn vann u ferrovija b’konsegwenza li minn tal-anqas 10 persuni tilfu ħajjithom fuq il-post u oħrajn sofrew ġrieħi. 

L-inċident seħħ minħabba nuqqas ta’ attenzjoni mis-sewwieq tal-vann hekk kif, minkejja d-dawl aħmar, huwa saq fuq il-binarji tal-ferroviji.

Il-pulizija lokali qalet li parti mill-ferrovija nħarġet minn fuq il-binarji mall-ħabta bejn iż-żewġ mezzi tat-trasport.

L-inċident fatali seħħ kmieni dalgħodu viċin il-belt ta’ Mindszent, 140 kilometru ‘l bogħod mill-kapitali Budapest.

Sport