Il-kantanta Céline Dion irritornat fuq il-palk f’Pariġi biex tagħti l-ewwel kunċert tagħha live f’aktar minn sitt snin, wara waqfa twila minħabba problemi ta’ saħħa.
Waqt li s-Sibt li għadda kienet qed tindirizza lill-udjenza, Dion, li kienet tidher emozzjonata ħafna, qaltilhom li kienet “ħaġa tal-għaġeb li qegħdin ilkoll flimkien”.
Żiedet tgħid: “Għamilt wegħda. Wegħedt li nerġa’ lura u li nerġa’ nkun fuq il-palk. Hawn qiegħda, inkantalkom u nkanta għalija wkoll. Grazzi ħafna tal-appoġġ u tal-paċenzja tagħkom. Jien dak kollu li jien grazzi għall-imħabba tagħkom.”

