Sewwieq bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-7:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta
bejn Daihatsu Sirion misjuqa minn raġel ta’ 81 sena residenti Żejtun u mutur Kymco misjuq
minn raġel ta’ 42 sena residenti Bormla.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei,
fejn aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport