Tuesday, December 24, 2024

Celine Dion tħassar kunċerti, inkluż dak f’Malta, minħabba kundizzjoni rari ħafna

Aqra wkoll

Il-kunċert tal-artista internazzjonali Celine Dion li kellu jsir f’Ġunju li ġej tħassar wara li bdiet issofri minn kundizzjoni rari magħrufa bħala ‘Stiff Person Syndrome’. Din il-kundizzjoni tista’ tħalli lil dawk li jbatu minnha f’sitwazzjoni ta’ “statwi” hekk kif tkompli tiggrava n-nervituri u saħansitra jistgħu jaslu fi stat li jitilfu l-abbiltà li jimxu jew jitkellmu. Filwaqt li għad m’hawnx kura għal din il-kundizzjoni, hawn trattamenti li jgħinu biex inaqqsu mir-riskju li l-kundizzjoni tkompli tiggrava u l-kantanta kkonfermat li qiegħda tagħmel minn kollox biex tnaqqas is-sintomi.

Il-kunċert tagħha kien skedat li jsir fl-2020 iżda minħabba l-pandemija kien ġie pospost, bil-biljetti tiegħu jinħatfu kollha. Fl-2021, fuq Instagram, il-kantanta kienet qalet li kienet qed tħares ’il quddiem li tagħti l-kunċerti tagħha fl-Ewropa madankollu minħabba s-sitwazzjoni fid-dinja, kien ikun aktar għaqli jekk dawn jiġu posposti għal data oħra. Hija kienet appellat lil dawk entużjasti biex iżommu kalmi għal il-kunċerti kienu se jsiru fl-2023. 

Minkejja dan, illum tħabbar li l-kantanta ħassret it-tour tagħha u posponiet uħud minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħitha. It-tim tal-kantanta ħabbar li t-23 tour fl-Ewropa li kellhom isiru bejn Frar u April li ġej ġew posposti għas-sena ta’ wara. Min-naħa l-oħra, tmien kunċerti li kellhom isiru fis-sajf li ġej, fosthom dak f’pajjiżna, tħassru. Il-kumpanija NnG Promotions ħabbret li se tkun qed tagħti l-flus lura. Wieħed jista’ jidħol hawn biex jimla l-formola.

Ekonomija

Sport