Wednesday, April 24, 2024

Il-Kanċillier Ġermaniż jgħid li “għalissa” naqas ir-riskju li r-Russja tuża l-armi nukleari

Aqra wkoll

Il-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz iddikjara li “għalissa” r-riskju li jintużaw l-armi nukleari fil-kunflitt tal-Ukrajna naqas. Huwa qal ukoll li r-Russja jidher li waqfet thedded li tuża dawn l-armi b’rispons għat-twissijiet tal-komunità internazzjonali.

Fl-aħħar jiem il-President Russu Vladimir Putin qal li Moska kienet lesta tuża l-armi nukleari f’każ ta’ ritaljazzjoni. L-Istati Uniti ddeskriviet dawn il-kummenti bħala żejda.

F’intervista, Scholz qal li ż-żjara riċenti tiegħu fiċ-Ċina kienet ikkonribwixxiet biex tiġi kkalmata s-sitwazzjoni ta’ theddid li l-gwerra teskala għal waħda nukleari. Qal ukoll li hu u l-President Ċiniż Xi Jinping qablu li l-armi nukleari ma kellhomx jintużaw u li l-pajjiżi fil-G20 kienu rrijaffermaw din il-pożizzjoni. 

Il-kumment tal-Kanċillier Ġermaniż ingħata ġurnata wara li l-President Russu qal bil-maqlub u li jkun żball li xi ħadd jipprova jaħbi dan il-fatt. Madanakollu f’intervista televiżiva dwar il-Kunsill għad-Drittijiet tal-bniedem, Putin aċċerta li r-Russja ma kinitx se tkun hi li tasal titfa’ l-ewwel armi nukleari u li mhix se thedded bl-armamenti tagħha. Sostna li r-Russja mhix tiġġenen u li hija konxja tal-periklu ta’ dawn l-armi.

Sport