Tuesday, December 24, 2024

Ċertifikati għal min ma jkunx jista’ joqgħod fil-kju

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Elettorali għarrfet illi fil-ġurnata tal-votazzjoni, persuni li għalqu l-75 sena u dawk li jinġiebu fuq ‘stretchers’ jew mill-isptarijiet u d-djar tal-anzjani għandhom jitħallew jaqbżu l-kju f’kull ħin tal-votazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ ċertifikat tat-tabib.

Persuni ta’ età bejn is-60 u l-75 sena jitħallew jaqbżu l-kju bejn is-1.00 pm u l-5.00 pm.

Dawk il-persuni l-oħra li jkunu morda u ma jistgħux jistennew fil-kju jrid ikollhom ċertifikat tat-tabib biex jitħallew jaqbżu l-kju, u dan wara s-1.00 pm.  Dawk il-persuni li jippreżentaw il-Karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita jingħataw l-istess faċilità mingħajr ħtieġa ta’ ċertifikat mediku.

Il-Kummissjoni Elettorali tirċievi applikazzjonijiet fl-Uffiċċju tagħha fl-eks-Trade Fair Grounds, in-Naxxar, mingħand dawk it-tobba li mhumiex kandidati għall-elezzjonijiet għall-għoti ta’ formoli uffiċjali li jservu bħala ċertifikat mediku għal persuni morda biex jitħallew jaqbżu l-kju waqt il-votazzjoni fil-ħin imsemmi aktar qabel.

Kull tabib li japplika jingħata ammont ta’ formoli li fuqhom jinkiteb iċ-ċertifikat u dan l-ammont ta’ formoli jista’ jiżdied skont il-ħtieġa.

Ekonomija

Sport