Il-manager ta’ Chelsea, Thomas Tuchel, issuġġerixxa li d-difensur tal-Blues, Cesar Azpilicueta, kiseb id-dritt li jiddeċiedi l-futur tiegħu stess mal-club.
F’perjodu ta’ għaxar snin fi Stamford Bridge, Azpilicueta, għamel 474 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha u rebaħ kull wieħed mit-trofej disponibbli, fosthom it-Tazza tad-Dinja tal-Clubs fi Frar li għadda.
L-ispekulazzjonijiet jippersistu dwar trasferiment tas-sajf ma’ Barcelona, minkejja li l-player ta’ 32 sena attiva estensjoni ta’ 12-il xahar fil-kuntratt tiegħu aktar kmieni din is-sena billi laħaq numru stabbilit ta’ logħbiet.