Tuesday, May 14, 2024

Arrestata wara li qajmet kommossjoni f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Mara li l-identità tagħha mhix magħrufa, spiċċat arrestata mill-Pulizija wara li qajmet kommossjoni f’San Pawl il-Baħar għax kienet se tingħata ċitazzjoni minħabba li kienet ipparkjata ħażin.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan is-sit li l-każ seħħ fi Triq il-Mosta għall-ħabta ta’ 12:00 p.m. u l-Pulizija ġiet mgħarrfa b’dan minnufih.

Hija ġiet arrestata mill-Pulizija tad-distrett wara li naqset milli tikkopera mal-Pulizija u saħansitra ħolqot reżistenza.

Sport