Friday, May 3, 2024

Fl-Amerka: Tarbija li twieldet fuq ajruplan tingħata l-isem Sky

Aqra wkoll

“Ħassejtni kuntent nara lil kulħadd jiġbed ħabel wieħed sabiex it-tarbija twieldet fuq l-ajruplan b’wiċċ il-ġid”. Qal dan il-pilota li kien preżenti waqt it-twelid ta’ tarbija bl-isem ‘Sky’.

Il-każ seħħ fil-jiem li għaddew u dan ġie kkonfermat iktar kmieni din il-ġimgħa meta l-linja tal-ajru Frontier Airlines qasmet messaġġ fuq il-midja soċjali fejn ikkummentat li: “It-tarbija ma setgħetx tistenna iżjed”.

Shakerla Martin, omm it-tarbija, hija mara ta’ nazzjonalità Amerikana. Skont mhu magħruf, hija kienet fuq titjira minn Denver għal Orlando. Hija ma basritx li kienet se twelled it-tarbija tagħha fuq ajruplan, hekk kif skont mhu rrappurtat it-tarbija twieldet qabel iż-żmien.

It-tarbija twieldet fl-Ajruport ta’ Pensacola fi Florida.

Sport