Monday, September 16, 2024

Cesc Fabregas jfaħħar lil Patrick Cutrone

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Como Cesc Fabregas faħħar l-attitudni tal-attakkant Taljan Patrick Cutrone li kien protagonista fid-draw spettakolari ta’ 2-2 kontra Bologna.

Fabregas qal li l-plejer tiegħu daħal fl-istorja ta’ dan it-tim mil-Lombardia meta sar l-ewwel wieħed li skorja żewġ gowls f’erba’ logħbiet u b’hekk qabeż ir-rekord ta’ Giuliano Giovetti li kien skorja żewġ gowls iżda f’ħames logħbiet.

Como kisbu t-tieni punt minn erba’ logħbiet b’Fabregas li bla dubju jrid aktar mill-plejers tiegħu sabiex sa fl-aħħar jiksbu wkoll l-ewwel rebħa tagħhom fl-ogħla diviżjoni Taljana.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport