Il-Baritonu Għawdex Charles Buttigieg kanta għal Maria Manetti Shrem, li isimha hu magħruf mad-dinja kollha.
Buttigieg jgħid li jħossu ffortunat li ġie magħżul biex ikanta f’Palazzo Tornabuoni għal patroċinju ta’ Shrem li għaliha kantaw diversi kantanti ta’ fama mondjali.
Fost dawk li kantaw matul is-snin għal patroċinju ta’ Shrem kien hemm Luciano Pavarotti, Sophia Loren, Renée Fleming, Plácido Domingo, Andrea Bocelli, Paloma Picasso, Isabel Allende, Nancy Pelosi, Kamala Harris, Gavin Newsom, Marchese Piero Antinori, Sherry Lansing, u William Friedkin, fost oħrajn.


