Wednesday, December 25, 2024

Charles Camilleri jirrappreżenta lil Malta fi Franza

Aqra wkoll

Ir-rappreżentant ta’ Malta tal-Kampjonat Mediterranju tat-Tlielaq taż-Żwiemel se jkun Charles Camilleri. Din se ssir fi Franza, ‘il bogħod mill-biża’ tal-olimpiji ta’ Pariġi iżda fuq il-Cote d’Azure f’Cagnes-sur-Mer.

L-ewwel leg, li saret f’Malta f’Marzu, rat lil Michael Ellul jitqiegħed fit-tieni post bil-parteċipazzjoni tiegħu fuq Cash de Beauregard.

Charles Camilleri mhux barrani li jirrappreżenta lil Malta fix-xena internazzjonali u diġà kellu esperjenzi pożittivi ta’ tlielaq bil-kuluri Maltin barra minn Malta. Din id-darba Charles Camilleri se jkun qed jibda fil-Prix de la Méditerranée, tiġrija ta’ 2,700 metru bi premju ta’ 26,000eur.

Din it-tellieqa saret is-Sibt 10 ta’ Awwissu fid-9:20pm. Charles Camilleri ġibed lil Innocent du Bourg Franċiż ta’ 6 snin li huwa mħarreġ David Alexandre.

Ekonomija

Sport