Friday, October 2, 2026
Home Sport Boċċi: Marsamxett u Żabbar jikkontestaw il-finali tat-Tieni Diviżjoni

Boċċi: Marsamxett u Żabbar jikkontestaw il-finali tat-Tieni Diviżjoni

0
46

Illejla tintlagħab il-finali taċ-Championship Pool tat-Tieni Diviżjoni tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Boċċi 2026, bejn Marsamxett u Żabbar. Il-konfront jibda fis-6.30pm u se jintlagħab fil-pitch tal-Furjana.

Marsamxett waslu direttament għal din il-finali wara li temmew fl-ewwel post tal-klassifika ġenerali bi 15-il punt. Min-naħa tagħhom, Żabbar kellhom jgħaddu mill-fażi tal-play-offs, fejn fil-kwarti tal-finali eliminaw lil Floriana, filwaqt li fis-semifinali għelbu lil Birżebbuġa quddiem attendenza numeruża.

Għaldaqstant kollox jinsab lest għall-finali ferm mistennija bejn żewġ timijiet li se jfittxu li jagħlqu l-istaġun bl-aqwa mod.

Intant, fil-play-offs tar-relegazzjoni, Thalassalejn għelbu lil Santa Luċija 21-14, riżultat li aċċertalhom posthom fit-Tieni Diviżjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here