Thursday, May 30, 2024

Charles Leclerc jirbaħ il-Grand Prix tal-Awstrija

Aqra wkoll

Charles Leclerc fuq Ferrari għeleb liċ-champion tad-dinja Max Verstappen biex il- rebaħ il-Grand Prix tal-Awstrija u reġa’ daħal fit-tellieqa biex jirbaħ il-kampjonat tad-dinja.

Lewis Hamilton kiseb t-tielet post fuq Mercedes wara li beda t-tellieqa mit-tmien post.

Din kienet it-tielet rebħa tas-sena ta’ Leclerc u l-ewwel waħda għal-Ferrari fir-Red Bull Ring sa minn dik miksuba minn Michael Schumacher fl-2003.

Wara sensiela ta’ riżultati diżappuntanti Leclerc kien ferħan li fl-aħħar kiseb rebħa oħra fil-karriera tiegħu.

Huwa kellu jżomm il-kalma tiegħu madankollu fl-aħħar dawriet hekk kif irrapporta ħsara żgira fil-pedala li madankollu ma ċħditux milli jitrijonfa.

“Kelli bżonn din ir-rebħa nuri li l-progress li qed isir minn Ferrari huwa wieħed inkredibbli,” qal Leclerc.

Verstappen ma kienx skoraġġut minkejja li naqas milli jikseb ir-rebħa quddiem xejn inqas minn 50,000 partitarju Olandiż li għamlu l-vjaġġ lejn l-Awstrija.

“Ma stajtx nagħtihom rebħa llum imma ninsab ukoll bit-tieni post,” qal is-sewwieq tar-Red Bull li ma ħalliex iċ-ċirkwit b’idejh vojta wara li rebaħ l-isprint jew il-pole position tas-Sibt.

Sport