Liverpool jinsabu viċin li jiffirmaw lill-midfielder difensiv, Cheick Doucoure, hekk kif il-player ta’ Crystal Palace ġie kkwotat li qal li jrid imur jilgħab f’Anfield.
F’din l-aħħar ġimgħa, il-club ta’ Liverpool kien taħt kritika qawwija meta tilef il-firma ta’ Moises Caicedo (Brighton) u Romeo Lavia (Southampton) għas-spejjeż ta’ Chelsea.
U bis-suq riesaq lejn it-tmiem tiegħu hekk kif jagħlaq fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, huma xeħtu l-interess fuq il-player internazzjonali ta’ Mali, li għandu 23 sena.