Saturday, December 28, 2024

Chelsea b’attenzjoni kbira fil-kontijiet finanzjarji tagħhom

Aqra wkoll

Chelsea qed joqogħdu attenti sabiex jagħmlu l-kontijiet finanzjarji tagħhom kif suppost sabiex ma jiġrilhomx bħal Everton li riċentement tnaqqsulhom għaxar punti fil-klassifika wara diżastru finanzjarju li għaddew minnu.

Fil-fatt is-sid, Todd Boehly, qagħad ħafna lura f’dan is-suq tat-trasferiment ta’ Jannar fejn litteralment ma nefaqx ċenteżmu wieħed anzi ta b’self lil Armando Broja, Ian Maatsen, Andrey Santos u David Datro Fofana lil xi timijiet oħra.

Chelsea nefqu ammont kbir ta’ flus fil-bidu tal-istaġun li għadda u dak attwali u minkejja kollox, baqgħu barra mill-kompetizzjonijiet Ewropej.

Ekonomija

Sport