Wednesday, July 24, 2024

Takehiro Tomiyasu se jġedded ma’ Arsenal

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali Ġappuniż Takehiro Tomiyasu jinsab ferm viċin li jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Arsenal. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u ilu jilgħab fl-Emirates Stadium għal dawn l-aħħar tliet snin fejn deher 55 darba u skorja gowl wieħed biss.

Tomiyasu jitqies bħala element imporanti għall-kowċ Mikel Arteta aktar u aktar għax apparti li kapaċi jagħmilha ta’ difensur ċentrali, ġieli jiġi użat bħala plejer quddiem id-difiża.

Tomiyasu kemm-il darba qal li jinsab kuntent ma’ Arsenal u għalhekk dan it-tiġdid fil-kuntratt se jkun biss formalita’.

Ekonomija

Sport