Minkejja l-kriżi li għaddejjin fil-Premier League Ingliż, Chelsea qed jikkunsidraw li joffru kuntratti ġodda lill-aktar pleayrs ta’ esperjenza tagħhom. Dan huwa l-każ tad-difensur Thiago Silva minkejja li għandu 38 sena.
Iż-żewġ partijiet jinsab fil-qofol ta’ taħditiet biex il-player ta’ 38 sena jiffirma kuntratt ġdid sa’ Ġunju 2024. Minkejja l-etá tiegħu, Silva qed ikun wieħed mill-aqwa players fil-wirjiet tat-team.
Min-naħa tagħhom, il-Pensioners qed iħaffu l-proċess tat-taħdidiet minħabba li f’Marzu li ġej jista’ jagħżel li f’Ġunju li ġej ikun player liberu u jkun jista’ jinnegozja l-kuntratt tiegħu stess hekk kif f’Ġunju li ġej jintemmlu dak eżistenti.