Friday, April 26, 2024

Bosta players mistennija jħallu lil Manchester United

Aqra wkoll

Anthony Martial, Harry Maguire, Scott McTominay, Eric Bailly u Alex Telles fi tmiem l-istaġun se jkunu fuq il-lista tat-trasferimenti biex iħallu lil Manchester United fit-tentattiv li l-coach Erik ten Hag qed ikomplu jibni l-iskwadra tiegħu.  

Harry Maguire huwa l-mira ewlenija li jħalli lill-club minħabba li prattikament qatt ma laħaq l-aspettattivi mixtieqa mindu ngħaqad magħhom mingħand Leicester City. 

Minħabba li kien ikkalpestat minn għadd ta’ injuries, Martial tilef aktar minn nofs il-logħob tar-Red Devils dan l-istaġun. L-eks-player ta’ Monaco jinsab taħt kuntratt sal-2024.

Sport