Chelsea għamlu offerta uffiċjali ta’ €70 miljun flimkien ma’ Marcos Alonso biex jakkwistaw il-firma tal-midfielder internazzjonali Olandiż, Frenkie De Jong, mingħand Barcelona.
Il-Katalani qed jitolbu €80 miljun għall-player ta’ 25 sena.
Iżda sal-Ġimgħa, De Jong innifsu kien qed jitlob lid-diriġenti biex jibqa’ fin-Nou Camp. Iżda s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Barcelona hija tant kumplikata li jridu jneħħuh akkost ta’ kollox.
Barra minn hekk hemm Manchester United ukoll li jridu jakkwistaw lil dan il-player iżda De Jong tenna li jekk ikollu jiċċaqlaq … imur jilgħab fi Stamford Bridge.
Jidher li t-taħdidiet bejn iż-żewġ clubs huma fi stadju avvanzat hekk kif Alonso talab biex ma jiġix inkluż fl-iskwadra ta’ Chelsea li s-Sibt se tilgħab kontra Everton f’Goodison Park.