Tuesday, April 30, 2024

Chelsea jiftħu taħditiet dwar kuntratt ġdid ma’ N’Golo Kante

Aqra wkoll

Chelsea fetħu taħditiet dwar kuntratt ġdid mal-midfielder Franċiż, N’Golo Kante.

Il-player ta’ 30 sena reġa’ kien player vitali għall-Blues matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 27 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja żewġ goals u pprovda tliet assists fil-proċess.

Madankollu, il-kuntratt ta’ Kante fi Stamford Bridge għandu jiskadi f’Ġunju 2023, u kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu f’dawn l-aħħar xhur.

Kien hemm suġġerimenti li Chelsea jkunu lesti li jbigħu lill-internazzjonali Franċiż matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf jekk tasal l-offerta t-tajba.

Madankollu, il-Blues jinsabu f’‘taħditiet bikrin’ mar-rappreżentanti ta’ Kante dwar kuntratt ġdid mal-holders taċ-Champions League.

Ir-rapport isostni li l-midfielder, li ngħaqad ma’ Chelsea mingħand Leicester City fis-sajf tal-2016, se jiġi offrut kuntratt ġdid sa Ġunju tal-2025.

Kante għamel 245 dehra ma’ Chelsea, skorja 13-il goal u pprovda 13-il assist fil-proċess, filwaqt li rebaħ il-Premier League, l-FA Cup, iċ-Champions League, l-Europa League, il-UEFA Super Cup u t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs matul iż-żmien tiegħu fil-club.

Sport