Chelsea qed jikkontemplaw jekk jagħmlux approċċ għad-difensur ta’ Wolves, Rayan Ait-Nouri.
Minkejja li t-teħid tal-club ġie ffinalizzat uffiċjalment mill-aħħar tax-xahar li għadda, Chelsea għad iridu jagħmlu l-ewwel akkwist fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf.
Il-coach Thomas Tuchel diġà jeħtieġ li jfittex sostituti denji għal Antonio Rudiger u Andreas Christensen, iż-żewġ difensuri ċentrali li ħallew il-club ftit tal-ġimgħat ilu bħala free agents.