Sunday, May 19, 2024

Barcelona jnaqqsu l-prezz mitlub għal Frenkie de Jong għal £70 miljun

Aqra wkoll

Manchester United irċivew spinta fl-isforzi tagħhom biex jakkwistaw lill-midfielder ta’ Barcelona, Frenkie de Jong. Dan hekk kif huma naqqsu l-prezz mitlub għalih għal £70 miljun.

Mill-wasla ta’ Erik ten Hag bħala l-coach il-ġdid tal-klabb, Manchester United kienu marbuta b’mod qawwi ma’ player li kien jilgħab taħt il-gwida tal-ex coach ta’ Ajax.

Madankollu, kien hemm rapporti konflinġenti dwar jekk De Jong kienx irid imur jilgħab f’Old Trafford u jekk Barcelona kinsux lesti li jħallsu flus lill-internazzjonali Olandiż.

Sport