Saturday, May 4, 2024

Waterpolo: Sliema jirbħu mingħajr wisq tbatija

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sliema……………….23

Barracudas…………. 3

(5-0, 7-1, 6-1, 5-1)

Mingħajr wisq tbatija Sliema għelbu lil Barracudas bl-iskor ta’ 23-3 fejn għalihom spikka Jerome Gabarett li skorja ħames goals.

Is-Slimiżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-0, bil-goals jaslu minn John Brownrigg minn mna-up wara li tkeċċa Paul Micallef, Dino Zammit, Benji Cachia (2) u Daniel Rizzo.

Sliema rebħu ukoll it-tieni sessjoni, din id-darba bil-punteġġ ta’ 7-1, bl-iskorers ikunu Jerome Gabarretta (3), Zach Mizzi (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn pe­nalty, Kieyan Borg minn man-up wara li tkeċċa Je­remy Bugeja u John Brownrigg. Luke Galea skorja l-uni­ku goal għal Barracudas.

It-team immexxi mill-coach Spanjol, Beto Fernandez, rebaħ ukoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 6-1, bil-protagnisti jkunu  Jayden Cutajar minn man-up wara li tkeċċa Aleandro Mifsud, Zach Mizzi, Matthew Mif­sud, John Brownrigg, Benji Cachia u Jerome Gabarretta. Dan filwaqt li Dean Ciantar minn man-up, wara li tkeċċa Jerome Gabarretta, skorja l-uniku goal ta’ Barracudas.

Sliema komplew jiddomi­naw u rebħu l-aħħar sessjoni 5-1, bl-awturi tal-goals ikunu Dino Zammit, Jayden Cutajar (3) u Jerome Gabarretta minn man-up wara li reġa’ tkeċċa Paul Micallef. T. J. Mifsud skorja l-goal waħdani għal Barracudas.

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta (5), 3-Liam Galea, 4-Daniel Rizzo (1), 5-Mark Meli, 6-Benji Cachia (3), 7-Jayden Cutajar (4), 8-Matthew Mifsud (1), 9-John Brownrigg (3), 10-Jamie Gambin, 11-Zach Mizzi (3), 12-Dino Zammit (2), 13-André Theuma, 14-Kieyan Borg (1) – Coach: Beto Fernandez

Barracudas: 1-Matthew Gouder, 2-Ascanio Piccione, 3-Andrew Magri, 4-Paul Micallef, 5-Dean Ciantar (1), 6-Ryan Sciortino, 7-Sean Aquilina, 8-Luke Galea (1), 9-Dalton Camilleri, 10-Sean Camilleri, 11-Jeremy Bugeja, 12-T. J. Mifsud (1), 13-Claude Bugeja, 14-Nigel Camenzuli – Coach: Michael Scerri

Referees: Andrea Doro, Alex DeRaffaele

Sport