Chelsea jistgħu jipprovaw jegħlbu lil Manchester United u jakkwistaw is-servizzi ta’ Frenkie de Jong jekk it-trasferiment propost tal-Olandiż f’Old Trafford jisfaxxa fix-xejn.
Erik ten Hag huwa determinat li jerġa’ jingħaqad mal-ex player tiegħu ta’ Ajax fit-Theatre’s Dream tliet snin wara li huma waslu sas-semifinali taċ-Champions League fl-istaġun 2018-19.
De Jong kien il-mira primarja ta’ Manchester United għas-suq kollu tat-trasferimenti s’issa, iżda r-Red Devils inizjalment tħabtu biex jaqblu dwar ħlas ma’ Barcelona.