Tuesday, April 30, 2024

Malta titlef “blata fil-komunità medika… eroj li ħadem fil-kwiet”

Aqra wkoll

Is-Sibt tħabbret il-mewt tat-Tabib Victor Thewma li miet fl-età ta’ 64 sena. Dr. Thewma jibqa’ magħruf fost l-oħrajn mal-Karkariżi u l-komunità tal-Għargħur għas-servizz tiegħu bħala tabib.

Kienu diversi l-persuni li fl-aħħar sigħat sellmu l-memorja tat-Tabib Thewma fuq il-mezzi soċjali tagħhom. Is-servizz tiegħu ċertament mhux se jkun qiegħed jintesa kif ġieb u laħaq.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne li qal li ddeskrivieh blata fil-komunità medika: eroj li ħadem fil-kwiet, m’hemmx ħinijet jew festi – dejjem hemm għas-servizz tal-pazjenti tiegħu. 

It-Tabib Victor Thewma se jingħata l-aħħar tislima t-Tnejn fil-Bażilika ta’ Santa Liena, f’Birkirkara fl-10:00 a.m.

Sport