Saturday, November 23, 2024

Chelsea jridu jbiegħu lil Timo Werner, Kepa Arrizabalaga u Ross Barkley

Aqra wkoll

Chelsea huma ħerqana li jbiegħu lil Timo Werner, Kepa Arrizabalaga u Ross Barkley matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Jingħad li l-Blues qed jippjanaw għas-suq li ġej minkejja l-inċertezza attwali dwar it-tmexxija tal-club.

Huwa mifhum li l-ġganti mill-kapitali Ingliża se jkunu qed ifittxu li jiġġeneraw fondi billi jbigħu players tal-iskwadra mhux mixtieqa dan is-sajf, u Werner, Kepa u Barkley x’aktarx ikunu kollha disponibbli għall-bejgħ.

Werner reġa’ tħabat biex iħalli l-marka tiegħu għat-team immexxi minn Thomas Tuchel matul l-istaġun 2021-22, u rnexxielu jiskorja biss tliet goals u jipprovdi assist wieħed f’16-il dehra tal-Premier League.

Kepa, intant, jibqa’ l-goalkeeper ta’ riserva għal Edouard Mendy fi Stamford Bridge, u l-goalkeeper xorta waħda għandu pagi sostanzjali għalkemm fil-biċċa l-kbira ikun bilqiegħda fuq il-bank tar-riservi waqt il-partiti ta’ Chelsea.

Barkley sabha wkoll diffiċli biex jassigura azzjoni regolari dan l-istaġun, u għamel biss 12-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi ħames ħarġiet biss fil-Premier League.

Sport