Chelsea se jkunu qed jaħdmu sabiex jitkellmu mar-rappreżentant tal-midfielder Kroat Mateo Kovacic fit-tentattiv li jġeddulu l-kuntratt.
L-eks plejer ta’ Inter, Dinamo Zagreb u Real Madrid jiskadilu l-kuntratt tiegħu fi Stamford Bridge f’Ġunju 2024, iżda d-diriġenti tal-klabb iriduh li jibqa’ aktar żmien magħhom.
Kovacic ingħaqad mal-Blues fis-sena 2018 fejn lagħab 123 partita u skorja tliet gowls.
Sadanittant sar magħruf li dawn il-laqgħat se jibdew eżatt kif tintemm it-tazza tad-dinja f’Diċembru li ġej.