Tuesday, May 14, 2024

Karim Benzema se jiċċelebra r-rebħ tal-Ballun tad-Deheb fil-belt ta’ Lyon

Aqra wkoll

Karim Benzema, ir-rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb għas-sena 2022, ma nesiex minn fejn beda l-karriera tiegħu u ħabbar li se jkun qed jorganizza avveniment speċjali fil-belt ta’ Lyon fi Franza sabiex ifakkar it-titlu li għadu kemm kiseb.

Benzema lagħab ma’ Lyon bejn l-2004 u l-2009, fiż-żmien meta dan il-klabb tah iċ-ċans li jiżviluppa l-ħiliet tiegħu.

Benzema qal li ma jistax jinsa ż-żmien sabiħ li qatta’ ma’ Lyon qabel ma’ beda karriera li għadha sejra s’issa ma’ Real Madrid.

Sport