Wednesday, December 25, 2024

Chelsea jsegwu lil Serge Gnabry

Aqra wkoll

Chelsea qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni tal-kuntratt ta’ Serge Gnabry ma’ Bayern Munich, bil-Blues interessati li jiffirmaw lill-internazzjonali Ġermaniż.

Il-player ta’ 26 sena reġa’ kien player ewlieni għal Bayern matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 31 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja 12-il goal u pprovda disa’ assists fil-proċess.

Gnabry daħal fl-aħħar 18-il xahar tal-kuntratt tiegħu fl-Allianz Arena, madankollu, u dan l-aħħar kien hemm spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu maċ-champions tal-Bundesliga.

Huwa mifhum li Bayern bħalissa mhumiex lesti li jissodisfaw it-talbiet tal-pagi tal-Ġermaniż, b’Chelsea jiġu mgħarrfa bis-sitwazzjoni.

Jidher li l-Blues diġá ‘għamlu kuntatt miegħu’ dwar trasferiment potenzjali, u l-attakkant jinsab miftuħ għall-idea li jirritorna Londra biex jirrappreżenta lir-rebbieħa taċ-Champions League tal-istaġun li għadda.

Gnabry beda l-karriera professjonali tiegħu ma’ Arsenal iżda naqas milli jkompli javvanza fil-club, u ngħaqad ma’ Werder Bremen fl-2016 qabel sieħeb lil Bayern Munich fl-2017.

L-attakkant, li riċentement ġie marbut ukoll ma’ Manchester United u Liverpool,  skorja 59 goal u rreġistra 39 assist f’157 dehra għal Bayern Munich fil-kompetizzjonijiet kollha.

Ekonomija

Sport