Friday, May 17, 2024

Chelsea mistennija jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Manchester City, Raheem Sterling

Aqra wkoll

Chelsea mistennija jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Manchester City, Raheem Sterling.

L-internazzjonali Ingliż skorja 17-il goal f’47 logħba għas-Citizens matul l-istaġun li għadda, iżda bil-kuntratt tiegħu se jiskadi s-sena d-dieħla, Sterling jista’ jitlaq mill-club dan is-sajf.

Rapport riċenti ssuġġerixxa li l-player ta’ 27 sena jista’ jħalli l-club bi free transfer fis-sajf li ġej, iżda huwa mifhum li Man City ma jridux jitilfu s-somma ta’ £49m li tħallsu għall-ex player ta’ Liverpool fl-2015.

Sport