Chelsea mistennija jiltaqgħu ma’ Inter fil-jiem li ġejjin biex jiddiskutu ftehim possibbli għall-player internazzjonali Olandiż, Denzel Dumfries, matul is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Iż-żewġ clubs diġà qed ikollhom taħditiet dwar ritorn ta’ self man-Nerazzurri għal Romelu Lukaku, li tħabat biex isib siequ fi Stamford Bridge wara li ngħaqad ma’ Chelsea fis-sajf li għadda.
Madankollu, se jkun hemm ukoll laqgħa biex jiġi diskuss Dumfries, bil-manager tal-Blues Thomas Tuchel determinat li jiffirma lill-Olandiż qabel l-istaġun 2022-23.