Chelsea mistennija jitilfu l-akkwist ta’ Presnel Kimpembe

0
696
Soccer Football - Champions League - Round of 16 First Leg - Paris St Germain v Real Madrid - Parc des Princes, Paris, France - February 15, 2022 Real Madrid's Dani Carvajal in action with Paris St Germain's Presnel Kimpembe REUTERS/Sarah Meyssonnier

Chelsea huma mistennija jitilfu l-akkwist tad-difensur ta’ Paris Saint-Germain, Presnel Kimpembe.

Il-manager tal-Blues Thomas Tuchel ma għamel ebda sigriet tal-fatt li jrid jiffirma mill-inqas difensur ċentrali wieħed ieħor qabel tmiem is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Filwaqt li Kalidou Koulibaly diġà ngħaqad magħhom mingħand Napoli, il-club mill-Premier League ra kemm lil Andreas Christensen kif ukoll lil Antonio Rudiger iħallu l-club bi free transfers.