Saturday, May 18, 2024

Chelsea qed isegwu lil Elye Wahi

Aqra wkoll

Chelsea qed iżommu għajnejhom fl-attakkant żagħżugħ ta’ Montpellier Elye Wahi. Dan tal-aħħar għandu 20 sena u spikka ferm mat-tim Franċiż mhux biss mat-tim tal-kbar iżda anke dak taż-żgħażagħ.

Il-Blues qed jirsistu sew sabiex jiffirmaw lil dan il-plejer hekk kif anke Inter u Milan jinsabu interessati fih. L-għan ta’ Chelsea hu li wara li jixtruh, ikunu jistgħu jpoġġuh fuq bażi ta’ self ma’ Strasbourg, tim li hu parti mill-konsorzju Amerikan BlueCo li għandu wkoll ishma mal-Blues.

Sport