Friday, December 13, 2024

Chelsea u Arsenal fost diversi clubs li qed isegwu mill-qrib lil Michael Olise

Aqra wkoll

Ir-rivali ta’ Londra, Chelsea u Arsenal, huma fost diversi clubs li qed isegwu mill-qrib lill-midfielder ta’ Crystal Palace, Michael Olise.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena kien player li spikka fiċ-Championship fl-istaġun li għadda ma’ Reading, u skorja 19-il goal f’46 dehra fl-istess kampjonat.

Il-forma impressjonanti ta’ Olise fiċ-Championship wasslitu biex ikun involut fi trasferiment ta’ £8m ma’ Crystal Palace fis-sajf li għadda, u huwa stabbilixxa ruħu tajjeb f’Selhurst Park, fejn skorja erba’ goals u pprovda seba’ assists f’21 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun.

Huwa mifhum li Chelsea, Arsenal, Everton, Bayern Munich u Lille kollha qed isegwu mill-qrib l-iżvilupp ta’ Olise f’Palace qabel mossa potenzjali għall-midfielder fil-futur.

Patrick Vieira, madankollu, jinsab iddisprat li jżomm lill-internazzjonali Franċiż ta’ taħt it-18-il sena, li għandu kuntratt f’Selhurst Park sa Ġunju 2026.

Olise deher prinċipalment fuq il-linja tal-lemin għal Palace dan l-istaġun, iżda għal Reading iż-żagħżugħ opera wkoll fuq ix-xellug u fi rwol ta’ midfielder offensiv.

Ekonomija

Sport