Chelsea qed jirsistu ferm sabiex jagħmlu skambju ma’ Borussia Dortmund fejn huma jieħdu lil Jamie Gittens u jtuhom lil Carney Chukwuemeka.
Skont gazzetta Ġermaniża, il-klabb tal-Premier League u l-klabb tal-Bundesliga qed jippjanaw ftehim ta’ tpartit li jista’ jara lil Chukwuemeka jaqleb b’mod permanenti għal Dortmund, filwaqt li Jamie Gittens jiċċaqlaq għal Stamford Bridge. L-internazzjonali Ingliż ġie ffirmat mingħand Aston Villa b’kuntratt ta’ sitt snin iżda kellu jitħalla barra mill-iskwadra wara injury f’irkopptu li ġarrab f’partita kontra West Ham United.