Friday, July 24, 2026
Home Sport Chelsea viċin Romeo Lavia?

Chelsea viċin Romeo Lavia?

0
318

Chelsea jinsabu ferm viċin li jiksbu l-firma tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Southampton Romeo Lavia. Dan tal-aħħar għandu 19-il sena u għadu kemm iddebutta mat-tim nazzjonali Belġjan.

Il-Blues baqgħu impressjonati bil-kwalitajiet li għandu dan il-plejer u li fl-istaġun li għadda kien regolari ma’ Southampton. Dawn tal-aħħar iridu s-somma ta’ €50 miljun għalkemm Chelsea lesti li jinnegozja kieku jnaqqsulhom żewġ miljun ewro oħra.

Anke Liverpool jinsabu interessati f’dan il-plejer iżda r-rieda tal-plejer hu li jilbes il-flokk ikħal tal-klabb.