Saturday, May 4, 2024

Childcares jibdew azzjonijiet b’talba biex jitneħħew restrizzjonijiet tal-Covid 

Jilmentaw minn restrizzjonijiet li qed jirriżultaw f’telf ta’ dħul u nuqqas ta’ servizz lill-ġenituri

Aqra wkoll

Il-Kamra Maltija tal-SMEs u ċ-Childcare Centres Providers Association (CCPA) ħabbru dwar azzjonijiet li bdew fiċ-Childcare centres wara li skonthom ma ġewx aċċettati t-talbiet li għamlu bil-ħsieb li jitnaqqsu r-restrizzjonijiet tal-COVID li jaffettwaw l-operazzjonijiet f’dan is-settur. 

Fi stqarrija konġunta huma ħabbru li b’effett immedjat l-ebda waħda miż-żjarat u l-kontrolli normalment meħtieġa għal dan is-settur mill-awtoritajiet jew l-entitajiet mhux se tiġi aċċettata fi kwalunkwe forma. Żiedu jgħidu li se jkunu biss is-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, li għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-assoċjazzjoni li se jiġu vvalutati u ttrattati kif xieraq. 

L-istqarrija tkompli tgħid li r-restrizzjonijiet attwali qed jirriżultaw f’ċentri li ma jkunux jistgħu joperaw skont il-limiti mogħtija lilhom mil-liċenzja u dan mhux biss qed jirriżulta f’telf ta’ dħul iżda wkoll nuqqas ta’ servizz lill-ġenituri.  

L-istqarrija temmet tgħid li jekk is-sitwazzjoni ma tiġix rettifikata, l-azzjoni se tiżdied fil-jiem li ġejjin.

Sport