L-eks player ta’ Chelsea u Newcastle United, Christian Atsu, instab ħaj wara t-terremot qawwi li laqat lit-Turkija f’dawn l-aħħar sigħat fejn ittieħed l-isptar wara li nqala’ minn taħt it-terrapien.
Il-player ta’ 31 sena li jinlgħab ma’ Hatayspor inqabad taħt tifrik kawża ta’ dan it-terremot li heżżeż lil dan il-pajjiż u li ħalla eluf ta’ nies mejta.
Il-manager ta’ Hatayspor, Mustafa Ozat qal: “Christian Atsu tneħħa mit-tifrik b’għadd ta’ ġrieħi. Sfortunatament, id-direttur sportiv tagħna Taner Savut għadu taħt it-tifrik.”
Ozat żied jgħid: Il-belt ta’ Hatay kienet affettwata ħafna minn dan it-terremot.
Hatayspor, il-club attwali ta’ Atsu, jinsab fil-belt Torka ta’ Hatay, li hu maħsub li hija waħda miż-żoni l-agħar milquta minn dan id-diżastru.