L-ikona għall-komunità LGBTIQ+ Christina Aguilera se tkun artista ewlenija fil-EuroPride Valletta 2023. Hija se tkun qiegħda tagħti kunċert bla ħlas fuq il-Fosos tal-Furjana nhar is-16 ta’ Settembru li ġej.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata dalgħodu mis-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg, fejn ingħataw aktar dettalji dwar il-EuroPride li se jsir f’pajjiżna bejn is-7 u s-17 ta’ Settembru li ġej.